F’ruling li ta l-Erbgħa filgħaxija, l-Ispeaker Anġlu Farrugia kkonkluda li t-tweġiba parlamentari mill-Ministru għall-Enerġija u l-immaniġjar tal-ilma Michael Farrugia li ingħatat fis-seduta ta’ nhar is-27 ta’ Mejju ma żvijjatx il-Kamra tar-Rappreżentanti.
Dan ir-ruling sar wara li l-Whip tal-Parit Nazzjonalista Robert Cutajar saqsa lill-Ministru Michael Farrugia dwar jekk kienx hemm diskussjonijiet bejn il-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar kmamar fil-park tal-familja fil-lokalità msemmija.
Il-Ministru qal li kien hemm diskussjonijiet iżda mhux dwar akkwist tal-kmamar u filwaqt li d-deputat Nazzjonalista preżenta minuti tal-laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, l-Ispeaker qal li minn dawn il-minuti ma ġie nnutat l-ebda żvilupp dwar xi akkwist tal-kmamar.
Għalhekk l-Ispeaker iddeċieda li l-Ministru Farrugia ma żvijax il-Parlament.