F’dan iż-żmien ta’ sfida globali jeħtieġ illi l-Unjoni Ewropea turi kemm hija tassew unjoni – saħaq dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo waqt laqgħa informali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-Affarijiet Barranin fil-kuntest tal-pandemija Coronavirus.
Lil hinn mill-bżonn ta’ koperazzjoni konsulari sħiħa fil-proċessi tar-ripratrijazzjoni li għaddejjin bħalissa ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea bejn diversi membri stati kif ukoll minn pajjiżi terzi lura lejn l-unjoni, il-Ministru Bartolo tkellem dwar l-importanza li s-Suq Intern jibqa’ jopera skont it-Trattat tal-Funzjoni tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri bħala suq wieħed.
F’dan ir-rigward, żied li din il-pandemija globali ma tafx fruntieri, kulturi jew reliġjonijiet, iżda hija theddida komuni li teħtieġ sforz kollettiv ta’ Ewropa magħquda. Mhuwiex possibli li meta l-affarijiet sejrin tajjeb ikollna unjoni u meta l-affarijiet imorru ħażin kulħadd jaħseb għal rasu.
Matul il-laqgħa, li saret b’mod diġitali, il-ministri rrferew għat-taħdidiet dwar l-Operazzjoni Irene li jinsabu fl-aħħar fażijiet tagħhom. Hawnhekk il-Ministru Bartolo saħaq li għandha tinstab soluzzjoni aħjar mis-sistema ta’ rilokazzjoni ad hoc li qed tintuża bħalissa.
Ritratti: MFEA