Aktar kmieni illum il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo għamel kuntatt mal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-Libja.
Permezz ta’ telefonata huma tkellmu dwar kif il-Gvern Malti qiegħed jappoġġja l-ħidma tan-Nazzjonijiet Magħquda fejn tidħol il-promozzjoni tad-djalogu inklussiv fil-Libja.
Dan filwaqt li l-Ministru saħaq l-jinħtieġu passi ġodda biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-poplu Libjan biex b’hekk ikompli itemm il-firdiet tiegħu u jieħu l-kontroll tad-destin tiegħu.
Bartolo semma’ ukoll kif il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Afrikana hija bżonnjuża minħabba d-delikatezza tas-sitwazzjoni fir-reġjun.
Fuq kollox, huwa importanti li l-Libjani ikunu kkonsultati u parteċipi fil-proċess politiku biex ir-riżultat tal-elezzjoni meta issir ikun aċċettat u rispettat.