Fi stqarrija l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Edward Zammit Lewis feraħ lil Dr Helena Dalli talli għaddiet b’suċċess l-iskrutinju tal-Parlament Ewropew.
Hi uriet il-kompetenza tagħha fil-kamp tal-ugwaljanza li mexxiet b’tant determinazzjoni f’pajjiżna mis-sena 2013 ’il quddiem.
Dr Zammit Lewis iħares ’il quddiem sabiex jaħdem magħha bħala Kummissarju Ewropew fil-kamp tal-ugwaljanza u sabiex Malta tibqa’ l-aqwa fl-Ewropa fis-settur u mudell ta’ ‘best practice’ fil-komunità internazzjonali.