Ftit tal-ħin ilu, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kien fil-Palazz ta’ Sant’Anton biex jippreżenta kopja tal-budget 2021 lill-President tar-Repubblika George Vella.
Il-Ministru Scicluna kien akkumpanjat mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia fost oħrajn.
Mill-palazz, il-Ministru qabad it-triq lejn il-Parlament biex fis-seduta parlamentari tal-lejla jippreżenta l-budget għas-sena d-dieħla.
Huwa mistenni li d-diskors tal-budget għas-sena li ġejja jibda jinqara fis-6:30 ta’ filgħaxija.