Illejla fil-Parlament il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li dalgħodu ltaqa’ mal-unjins li jirrappreżentaw uħud mill-ħaddiema tal-Air Malta u ġew iċċarati punti marbuta ma’ ftehim li se jara mal-erba’ mitt ħaddiem jiġu trasferiti mal-Gvern.
Qal li l-kjarifiki saru mal-GWU u l-Unjin tal-Membri tal-Ekwipaġġ.
Il-Ministru Caruana qal li issa l-unjins se jfehmu dan il-ftehim kjarifikat lill-membri u saħaq li dan il-ftehim huwa wieħed favorevoli biex il-pjan għall-Air Malta jibqa’ għaddej.