Il-Ministru għall-Ekonomija Dr. Chris Cardona attenda għad-disa’ edizzjoni tal-konferenza AIM 2019 f’Dubai u li fiha mistenniha jattendu mal-għoxrin elf ruħ.
Il-Konferenza bit-tema Enriching World Economies through Digital Globalization, tipprovdi l-opportunità sabiex politikanti u investituri jippromovu l-pajjiżhom bħala destinazzjoni ta’ investiment.
Tul il-konferenza l-Ministru Cardona kellu diversi laqgħat ma’ investituri interessati li jġibu n-negozju tagħhom f’Malta. F’dawn il-laqgħat il-Ministru Cardona tenna li l-ekonomija Maltija bħalissa kienet fost l-aqwa fl-Ewropa. Huwa qal ukoll li llum il-ġurnata Malta mhux biss qed tattira kumpaniji barranin imma qed isservi wkoll bħala pajjiż addattat għal skopijiet ta’ riċerka u innovazzjoni.