Il-Ministru Chris Cardona ġab fix-xejn rapporti ta’ The Daphne Project li allegaw li għandu konnessjonijiet mal-akkużati fil-każ tal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.
Fil-Parlament, il-Ministru Cardona qal li l-fatt li wieħed jipprova jimplika li persuna hija nvoluta f’każ ta’ qtil sempliċiment għaliex kien fil-preżenza ta’ akkużat, hija redikola.
“Hija ċara li l-Oppożizzjoni tixtieq li jien nkun b’xi mod jew ieħor konnness jew ħati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Li lesti timminaw l-investigazzjoni, biex tħammġu ismi u l-persuna tiegħi huwa livell baxx ta’ politika li qed jiddispjaċini li pajjiżna qed jesperjenza. Dawn huma spekulazzjonijiet irresponsabbli u perikolużi”, temm jgħid il-Ministru Cardona.