Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, għadu kemm wasal fil-Palazz ta’ Sant’Anton fejn ippreżenta kopji tal-Budget lill-President ta’ Malta, George Vella. Il-President ta’ Malta ffirma l-kopji tal-Budget.
Il-Ministru Caruana, bil-bagalja ħamra ġdida tal-Budget f’idu, daħal f’Sant’Anton wara li mill-Ministeru għall-Finanzi fil-Belt għal darb’oħra saq hu nnifsu lejn il-Palazz.
Jakkumpanja lill-Ministru Caruana hemm l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia.
Il-Budget 2023 għandu t-tema ‘Malta – Ċertezza u Stabbiltà’.
Mill-palazz ta’ Sant’Anton il-Ministru għall-Finanzi se jaqbad it-triq lejn il-Belt biex imur fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, fil-Kamra tar-Rappreżentanti, u jaqra d-diskors tal-Budget li qed iressaq il-Gvern għas-sena d-dieħla.