Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żammet it-tradizzjoni tagħha, hekk fil-bidu tal-istaġun tal-iproċessar tat-tadam żaret l-akbar fabbrika tat-tadam f’pajjiżna, dik ta’ Magro Brothers.
Il-Ministru Caruana ltaqgħet mal-Familja Magro, fejn saħqet li dawn dejjem emmnu fil-potenzjal ta’ Għawdex u l-Għawdxin, hekk kif din l-familja dejjem ħadmet sabiex ittella’ lill-gżira tat-tlett għoljiet fil-quċċata.
Filwaqt li segwiet l-iproċessar tat-tadam, awgurat lill-ħaddiema kollha involuti għall-ħidma bla waqfien.