Il-Ministru Carmelo Abela ċaħad kategorikament u bl-aktar mod assolut dak li sejjaħ bħala gideb malafamanti u moqżież li għamel fuqu d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, Jason Azzopardi għamel numru t’allegazzjonijiet fejn implika lill-Ministru Carmelo Abela mal-attentat ta’ hold-up fuq il-bank HSBC.
Il-Ministru Carmelo Abela rreaġixxa fuq il-profil tiegħu fuq facebook u qal li se jkun qed jieħu l-passi legali kollha meħtieġa minnufih biex jiddefendi l-integrità tiegħu minn dik li sejjaħ bħala fabbrikazzjoni maħmuġa u faħxija.
Qal li Jason Azzopardi għandu jħallas għal għemilu.
Il-Ministru saħaq li l-Partit Nazzjonalista qiegħed konfoffa mal-kriminali u qed jaħdem id f’id magħhom.
Il-Ministru Carmelo Abela temma jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech se jkollu ħafna x’iwieġeb.
Nichad kategorikament u bl-aktar mod assolut il-gideb malafamanti u moqziez li ghamel fuqi d-deputat Nazzjonalista Jason…
Posted by Carmelo Abela on Friday, April 9, 2021