Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, iltaqa’ mad-disa’ suldati Malti li kienu fin-Nofsinhar tal-Libanu, bħala parti minn operazzjoni taħt il-programm tal-Ġnus Magħquda, UNIFIL, United Nations Interim Force in Lebanon.
Matul il-laqgħa, il-Ġimgħa filgħodu fil-barracks ta’ Ħal Far, il-Ministru sema’ l-esperjenzi tas-suldati waqt li kienu f’din iż-żona ta’ konflitt u rringrazzjahom għal ħidmiethom u saħaq li l-unur li għamlu lil Malta u lill-Forzi Armati ma jistax jintesa.
Hawn saret preżentazzjoni mil-Logutenent Katrin Abela, li spjega x-xogħol li kellhom jagħmlu s-suldati Maltin u l-esperjenza kronoloġika tal-eskalazzjoni tal-gwerra u kif laqtet partikolarment lilhom.
Sadanittant il-Ministru Camilleri ħabbar li l-Armata Maltija daqt se tirċievi aktar sostenn mill-Gvern, permezz ta’ ftehim settorjali ġdid.
Fit-tmiem, tqassmu ċertifikati ta’ tifkira lid-disa’ suldati li kienu preżenti għal din il-missjoni delikata.