Illejla, fil-knisja parrokkjali tal-Fgura, iżżewġu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri u dik li issa hija martu, Salome Catania.
Byron u Salome ilhom għarajjes diversi snin, u f’ritratt li ppubblika kmieni filgħodu fuq Facebook f’jum iż-żwieġ tagħhom, il-Ministru qasam mument tal-koppja fl-ewwel tieġ li attendew flimkien.
“Min kellu jgħidilna li ftit aktar minn seba’ snin wara se nkunu qed niċċelebraw tagħna, filwaqt li m’għadniex nidhru żgħar bħal dak iż-żmien”, kiteb Byron lil Salome filwaqt li qalilha li se jaraha ftit sigħat oħra.
Dawk is-sigħat malajr għaddew u ftit tal-ħin ilu, Byron u Salome wegħdu mħabbithom lil xulxin għall-kumplament ta’ ħajjithom, fit-tajjeb u fil-ħażin.
F’isem it-tim ta’ ONE News, nawguraw lil Byron u Salome!