Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri laqa’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fil-Protezzjoni Ċivili, wara talba li għamel.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru Camilleri qal li ura lill-Kap tal-Oppożizzjoni kif il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili taħt Gvern Nazzjonalista tħallew b’kundizzjonijiet miżeri, b’għodda second hand u bla servizz.
Il-Ministru Byron Camilleri sostna li llum igawdu minn kundizzjonijiet u drittijiet tajbin maqbula magħhom.
Sostna li bħala Gvern għamel l-aqwa investiment fl-għodda u apparat użat minnhom, biex jagħtu serħan lill-poplu Malti u Għawdxi.