F’Singapore, il-Ministru għall-Intern Malti Byron Camilleri kellu laqgħa mat-tieni Ministru għall-Intern ta’ Singapore, Josephine Teo.
F’din il-laqgħa kien hemm il-kontroll tal-fruntieri u l-Protezzjoni Ċivili, fejn ġew spjegati s-sistemi li bihom jaħdmu ż-żewġ pajjiżi rispettivi.
Is-suġġett tal-immigrazzjoni regolari, fost suġġetti oħra, kien diskuss waqt din il-laqgħa b’enfasi fuq l-użu tat-teknoloġija u t-taħriġ tal-ħaddiema li jaħdmu f’dan il-qasam. Fil-fatt, iż-żewġ partijiet qablu li jkun hemm aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Ministru Camilleri kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, Emmanuel Psaila.