Għal darb’oħra, il-Ministru Bartolo ċaħad bil-qawwa l-allegazzjonijiet li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni li ma ttiħdux passi, jew li waqqaf lil xi ħadd milli jirraporta.
Fi stqarrija l-Minsiteru qal li tant kemm ittieħdu l-passi, li fit-12 ta’ Settembru 2016 il-Ministeru għamel rapport lill-Pulizija u kien l-ewwel rapport li daħħal dwar dan il-każ. Dan sar qabel ma kien hemm rapport li s-Sur Rizzo, minkejja li fl-1 ta’ Settembru kien mitlub jagħmel dan mill-Ministru stess.
Fl-istqrrija ntqal li “l-persuna msemmija tneħħiet mil-ewwel mix-xogħol tagħha malli inkjesta interna sabet informazzjoni li kienet timmerita rapport lill-Pulizija. L-Internal Audit and Investigations Department ġie mitlub jinvestiga wkoll”.
Intqal ukoll l-ittra tar-riżenja tas-Sur Rizzo, kif ukoll ir-risposta tal-Ministru u s-Segretarju Permanenti, intbagħtu lill-istess Pulizija, il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u lill-Internal Audit and Investigations Department biex jinvestigaw dak kollu li jidherilhom u ġiet offruta koperazzjoni sħiħa.