F’telefonata mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Eġizzjan Sameh Shoukry, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo ddiskutha sitwazzjoni fil-Libja u l-Mediterran.
Bejniethom il-Ministri tkellmu u qablu fuq il-bżonn ta’ paċi fil-Libja billi jsolvu l-problemi ta’ bejniethom b’ħidma politika u mhux bl-armi.
Il-Ministru Bartolo sostna li l-Libja għandha tkun magħquda u titmexxa mil-Libjani stess u għandhom imexxu pajjiżhom għall-ġid tal-poplu tagħhom.
Saħaq li l-Libja għandha tiġi megħjuna fil-ġlieda kontra t-traffikar uman u l-immigrazzjoni irregolari.
Huwa stqarr li Malta hija pajjiż newtrali u ser tkun ħabiba tal-pajjiżi kollha u għaldaqstant fil-konfront ta’ ġlied u tilwim, Malta ser tappella għal ftehim bir-raġuni għall-ġid komuni.