Taħditiet bejn pajjiżna u Spanja dwar sfidi komuni affermaw mill-ġdid ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn il-pajjiż. Dan filwaqt li ż-żewġ pajjiżi urew l-apprezzment tagħhom għax-xogħol u l-koperazzjoni matul il-pandemija.
It-taħditiet saħħew f’Madrid bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea u l-Koperazzjoni ta’ Spanja, José Manuel Albares.
Barra minn hekk, iż-żewġ Ministri tħaddtu dwar l-immigrazzjoni, il-klima, l-enerġija u l-Futur tal-Ewropa kif ukoll il-kultura, l-arti, l-edukazzjoni u turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi.
It-taħditiet iffukkaw ukoll fuq l-Amerka Latina u l-Karibew li t-tnejn għandhom rabtiet importanti u potenzjal biex jaħdmu mal-pajjiżi Ewropej permezz tal-kuntatt li għandhom ma’ Madrid.
Dwar il-kummerċ bejn il-pajjiżi l-Ambaxxata Maltija ingħaqdet mal-Kamra tal-Kummerċ f’Madrid biex ipparteċipat f’laqgħa ma’ sebgħin intrapriża bis-sehem ta’ kelliema mid-delegazzjoni Maltija u tliet kumpaniji Spanjoli li joperaw f’pajjiżna.