F’laqgħa informali tal-Ministri Ewropej tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru Malti Evarist Bartolo ngħaqad ma’ bosta u sejjaħ għall-paċi bejn l-Iżrael u l- Palestinjani.
Il-Ministru Bartolo qal biex ikun hemm l-għaqda l-ewwelnett irid jieqaf il-ġlied bejn iż-żewġ naħat.
Iżda dan ma jkunx biżżejjed, hekk kif saħaq li kemm lill-Iżraeliti kif ukoll il-Palestinjani jeħtieġ jingħatawlhom l-istess drittijiet umani.
“Il-kunflitt fil-Lvant Nofsani ma jistax jistax jieqaf jekk iċ-ċittadini ma jkollhomx drittijiet ugwali u libertajiet li jaqgħu taħt il-liġijiet internazzjonali”, żied jgħid il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Hawnhekk Evarist Bartolo qal ukoll kif ilbieraħ kellu laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Eġittu, li tenna kif bħala pajjiż qed jagħmlu milli jistgħu biex jieqaf il-kunflitt.
Tenna wkoll kif l-Eġittu għandu bżonn l-appoġġ tal-pajjiżi Ewropej biex jikkonvinċu lill-Iżrael ħalli t-tensjonijiet ma jkomplux jeskalaw.