Il-Ħamis l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo se jkun qed iżur il-Libja għal laqgħat mal-Gvern Libjan. Sad-29 ta’ Lulju ta’ din is-sena, il-Gwardja tal-Kosta Libjana salvat 6,265 persuna fuq vjaġġ tat-traffikar tal-bnedmin fil-baħar Mediterran. Madwar nofs dawn il-persuni kienu eventwalment jegħrqu jew jispiċċaw fiż-żona tas-salvataġġ ta’ Malta.
Fost it-temi l-oħra li se jiġu diskussi bejn iż-żewġ partijiet hija l-istabbiltà fir-reġjun, kif ukoll oqsma ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Malta qed tkompli u se tkompli tagħti sehemha bħala parti mill-ftehim ta’ koperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi.