Il-Ministri għall-Finanzi Ewropej laħqu ftehim dwar pakkett finanzjarju ta’ €500 biljun li se jgħin lil Stati Membri tal-Unjoni Ewropea joħorġu mill-kriżi ekonomika li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus fl-Ewropa.
Dan ħabbru l-Minsitru Edward Scicluna fuq il-midja soċjali tard il-Ħamis filgħaxija. Ma’ ONE News huwa spjega li dan il-pakkett se jara s-sehem ta’ istituzzjonijiet bħall-Bank għall-Investiment li se jagħtu r-riżorsi tagħhom biex itaffu d-daqqa ekonomika li ġab miegħu il-Coronavirus.
Dan il-pakkett finanzjarju huwa msejjes fuq erba’ pilastri ewlenin.