Il-Ministri għall-Affarijeit Baranin tal-pajjiżi stati membri tal-Unjoni Ewropea, se jagħtu attenzjoni iżjed minn qabel ta’ dak li qed jiġri fit-Turkija.
Qal dan il-Ministru għall-Affarijeit Barranin George Vella, li spjega kif dan qed isir biex ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija tkun fuq bażi soda.
Dak li seħħ poġġa inċertezza dwar it-tip ta’ tmexxija li se jadotta l-President Erdogan u l-effett fuq il-miljuni ta’ refuġjati Sirjani li jinsabu fit-Turkija. Huwa li malli seħħ l-attentat kolp ta’ stat, il-mexxejja Ewropej u Ministri li kienu għal summit fil-Mongolja, qablu li għandu jkun irrispettat gvern elett demokratikament.
Is-sitwazzjoni fit-Turkija għada qed tiżvilluppa. Vella qal li t-twissijet ħarġu bħala prekawzjoni u li l-gvern qed josserva mill-qrib is-sitwazzjoni.
Vella qal biex wieħed ikollu stampa aħjar irid jistenna li jgħaddi ċertu żmien.