Fi stqarrija li ħarġet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-xogħol, il-Ministeru jirreferi għall-istqarrijiet tal-Malta Union of Teachers (MUT) iktar kmieni llum fejn sostna li saru numru ta’ laqgħat mal-MUT kif ukoll konsultazzjoni pubblika fuq l-Att tal-Edukazzjoni.
Il-konsultazzjoni kienet parti integrali minn numru ta’ tibdiliet importanti u avvanzi fis-sistema edukattiva f’dawn l-aħħar snin, u dan mhux se jieqaf.
Illum waranofsinhar, il-Ministeru stieden lill-MUT għal madwar il-mejda fejn il-punti li ressqet il-union jiġu spjegati u kjarifikati. Fejn hemm xi proposti li jwasslu għal titjib, il-Ministeru qal li ser ikun qed jilqa’ dan.
L-MUT laqgħet din l-istedina.