Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li filwaqt li jirrispetta l-awtonomija tal-MCAST, qed jintervjeni u joffri l-assistenza tiegħu biex jiġu konklużi n-negozjati.
Dan hekk kif f’dawn il-jiem żviluppat sitwazzjoni minħabba nuqqas ta’ ftehim fin-negozjati dwar il-ftehim kollettiv bejn l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT u l-MCAST.
Il-Ministeru qal li l-għan hu li jkunu sospiżi d-direttivi biex l-istudenti jkomplu bl-andament tas-sena skolastika, u l-Gvern skeda numru ta’ laqgħat mal-partijiet ikkonċernati.
Fi stqarrija separata l-Kulleġġ qal li jittima li jintlaħaq ftehim li jwassal biex l-MUT tneħħi d-direttivi.
Intqal li l-Ħamis l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ kellha laqgħat mal-Kunsill tal-Istudenti u rappreżentanti oħra tal-istudenti.