Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa ċaħad kategorikament il-qlajja li qala d-Deputat Nazzjonalista Chris Said fil-Parlament, fejn qal li Steward Healthcare se jħallu l-operat t’ Għawdex.
Dwar is-servizz tal-isptar t’ Għawdex, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne żied li diġa ppublika l-konklużjonijiet u r-rakomandazzjonijiet tal-inkjesta indipendenti, li sabet li kollox qed jaħdem kif normali u skont il-protocols.