Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi temm b’effett immedjat il- kuntratt ta’ konsulenza tas-Sur Lawrence Cutajar.
Id-deċiżjoni li jintemm il-kuntratt ittieħdet wara l-aħħar żviluppi fil-Qorti llum, fejn formalment sar magħruf li s-Sur Cutajar qed jiġi investigat.
Fi tmiem is-seduta l-Maġistrat Rachel Montebello talbet lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex b’mod immedjat jiġi investigat l-eks Kummissarju.
Fi stqarrija intqal kif il-konsulenza ta’ Lawrence Cutajar kienet diġà ġiet sospiża meta fil-Qorti saru allegazzjonijiet li s-Sur Cutajar ċaħad.