Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma ta donazzjoni ta’ madwar €450 li ġew miġbura mill-ħaddiema tal-Ministeru għax-xahar ta’ Ottubru li fih titkabbar il-kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.
Il-Ministru Joe Mizzi saħaq li b’kampanja bħal din sar ħafna ġid u li l-Maltin kollha huma wara din il-kampanja.
F’din l-aħħar żjara tal-kampanja, is-Sinjura Michelle Muscat, Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, qalet li din kienet esperjenza sabiħa ħafna fejn għall-ewwel darba, il-kampanja kienet f’idejn Marigold Foundation.
Hi saħħqet li dawn il-flus u oħrajn miġbura se jgħinu lil ħutna Maltin li taqbadhom din il-marda.