B’referenza għas-sitwazzjoni fi skola fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża, li l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ħareġ stqarrija dwarha aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministeru analizza b’reqqa r-rapport sottomess minn bord indipendenti li twaqqaf aktar kmieni dan is-sajf, li stħarreġ dak li kien qed jiġri f’din l-iskola.
Il-Ministeru ħa b’mod immedjat deċiżjonijiet, inkluż tibdil immedjat, li permezz tagħhom qed jassigura l-ġid tal-istudenti u anki tal-edukaturi, sabiex is-sena akkademika tibda b’sens ta’ serenità u armonija.
Il-Ministeru se jibqa’ jifli s-sitwazzjoni f’din l-iskola permezz tad-Dipartiment tal-Kwalità u l-Istandard fl-Edukazzjoni biex jassigura li jiġu rispettati l-istandards ta’ kwalità edukattiva fl-iskola.
Dan intqal b’referenza għall-allegazzjonijiet li ħarġu fil-midja, dwar għalliema li ma ingħatatx klassi.