Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ċaħad kategorikament allegazzjonijiet li qed isiru minn midja lokali dwar ċirkolari tal-Ministeru relatata ma’ edukaturi li jitħarġu bħala esperti tal-bomb disposal. Bil-Ministru Clifton Grima sejjaħ dawn bħala “gidba” u “fake news”.
Intqal li ma ħarġet l-ebda ċirkolari fuq is-suġġett f’dawn l-aħħar jiem.
F’din l-istqarrija ġie spjegat li wara investigazzjoni interna nstab dokument dwar proċeduri f’każijiet simili, li nkiteb fl-2010, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.
Intqal ukoll li wasal iż-żmien li dawn il-proċeduri u dokumenti jiġu riveduti biex jirriflettu r-realtajiet li qed ngħixu.