II-Ministeru għall-Edukazzjoni ħeġġeġ lill-unjin tal-għalliema, l-MUT biex fil-laqgħat mal-edukaturi tinformahom b’mod fattwali, b’dak li ġie propost min-naħa tal-Gvern, inkluż il-proposti finanzjarji b’saħħithom li qed jipproponi l-Gvern.
Il-Ministeru qal li hu jibqa’ dispost li jkompli jiltaqa’ mal-istess unjin, tant li iktar kmieni llum diġà reġa’ estenda stedina biex issir laqgħa oħra.
L-MUT qalet li se tiltaqa’ mal-edukaturi.
Il-Gvern dejjem qal li hu kommess li jagħti żidiet b’saħħithom u sostenibbli lill-edukaturi b’rikonoxximent għall-professjoni u x-xogħol importanti li jwettqu.