Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima kkundanna l-isparar fuq il-ħamiem li seħħ fil-Birgu lbieraħ – liema sparar imur kontra l-politika tal-gvern dwar il-mod kif jitneħħa l-ħamiem selvaġġ.
Fid-dawl ta’ dan, il-Ministeru fi stqarrija qal li se jinvestiga dak li seħħ u se jieħu l-passi kollha meħtieġa dwar dan il-każ.
Spjega li jeżistu metodi oħrajn biex jitneħħa l-ħamiem selvaġġ minħabba kwistjoni ta’ saħħa pubblika, li hu iktar sigur.