Il-Ministeru għal Għawdex investa f’ħames karozzi elettriċi li se jkunu qed jintużaw għall-użu ġenerali tad-direttorati fi ħdan l-istess ministeru.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega r-rieda tal-Gvern li jbiddel il-flotta tal-karozzi b’magni li jaħdmu bid-diesel jew bil-petrol, u li bħalissa jintużaw mill-ministeri, għal flotta ta’ karozzi elettriċi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’hekk jonqsu l-emissjonijiet u jinkoraġġixxi aktar lill-Għawdxin jinvestu fil-karozzi elettriċi. Dan, qal il-Ministru, jintegra fil-pjan li jkun hemm numru ta’ charging points għall-karozzi elettriċi fil-lokalitajiet kollha f’Malta u f’Għawdex.
Dan il-proġett pilota huwa imwettaq mid-direttorat EkoGħawdex fi ħdan l-istess Ministeru.