Sajjieda Għawdxin part-time u full-time se jingħataw weraq tal-palm b’xejn sabiex jippreparaw għall-istaġun tal-Lampuki li ġej.
Dan tħabbar mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri li qal li l-weraq tal-palm huma essenzjali sabiex is-sajjieda jippreparaw għall-istaġun li ġej.
Il-Ministeru għal Għawdex qal li l-weraq tal-palm qed jingħataw b’xejn kull sena, sabiex jonqsu l-ispejjeż tas-sajjieda.
L-applikazzjonijiet għall-weraq tal-palm jistgħu jinġabru fil-ħinijiet normali tal-uffiċċju mir-reception tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar mill-Erbgħa 10 ta’ Lulju 2024 sal-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2024 bejn mis-7.00am sas-1.00pm.
Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jixtieq jinforma lill-applikanti prospettivi li l-ammont ta’ weraq tal-palm se jingħata skont in-numru disponibbli.