Waqt il-preżentazzjoni tal-istudju dwar l-impatt soċjali tal-mina bejn Malta u Għawdex, studju li fost oħrajn wera li 82% tal-Għawdxin huma favura, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li t-tender dwar il-mina bejn Malta u Għawdex jinsab fl-istadju finali tal-abbozzar.
Muscat qal li diġà hemm kumpanija li huma interessati f’dan il-proġett, anke f’dan l-istadju.
Spjega kif tul il-proċess tal-proġett kollu, se jkun hemm kumpanija Norveġiża li se tkun qed tissorvelja l-andament.