Il-militar Tork sofra l-agħar jum fl-offensiva tiegħu kontra l-milizzja Kurda fit-Tramuntana tas-Sirja, hekk kif mietu seba suldati Torok.
Ħamsa minnhom mietu meta t-tank tal-gwerra tagħhom kien attakkat fir-reġjun Afrin.
Il-Prim Ministru Binali Yildrim wiegħed li jġiegħel ill-milizzja tpatti d-doppju, u iktar tard ajruplani tal-gwerra attakkaw miri Kurdi fil-Grigal t’ Afrin.
L-operazzjoni Torka bl-isem Olive Branch tnediet fl-għoxrin ta’ Jannar, intenzjonata li tkeċċa lill-milizzja Kurda YPG ‘il barra minn Afrin.