Il-mexxej tal-Hamas, Marwan Issa, inqatel f’attakk mill-ajru li sar minn Iżrael.
Ħabbar dan l-uffiċjal tal-White House, Jake Sullivan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bħala Deputat Kmandant tal-Militar, Issa kien l-ogħla mexxej tal-Hamas li tilef ħajtu mill-bidu tal-gwerra fis-7 ta’ Ottubru.
Il-grupp Palestinjan, li jikkontrolla Gaza, s’issa ma kkummentawx b’mod uffiċjali b’rabta mar-rapporti tal-mewt tiegħu.
Il-midja Iżraelita rrapportat kif Issa nqatel f’attakk mill-ajru f’kamp tar-refuġjati fiċ-ċentru ta’ Gaza.