Il-militar Iżraeljan irtira mill-qalba ta’ Gaza, fil-parti ta’ Netzarim, li kienet tifred lit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta’ din il-medda ta’ art Palestinjana.
Dan wassal biex mijiet ta’ Palestinjani bdew jgħaddu minn hemmhekk b’mod liberu, waqt li kien hemm ix-xena ta’ karozzi għaddejjin bl-affarijiet personali tagħhom min-Nofsinhar għat-Tramuntana ta’ Gaza.
Dan seħħ wara l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied ix-xahar li għadda, li s’issa permezz tiegħu nħelsu 16-il ostaġġ Iżraeljan u 566 priġunier tal-gwerra Palestinjan.
F’din il-gwerra qalila nqatlu aktar minn 48,000 Palestinjan.
Ritratt: Reuters