Il-militar Iżraeljan ikkonferma li l-uffiċjal militari tal-grupp Hamas Mohammed Deif inqatel waqt attakk mill-ajru f’Khan Younis f’Lulju li għadda.
Iżrael qal li Deif kien wieħed mill-figuri ewlenin tal-Hamas waqt l-attakki tas-7 ta’ Ottubru li għadda, li waslet għall-gwerra mill-ġdid fil-Lvant Nofsani.
Din l-aħbar ġiet wara li nhar l-Erbgħa li għadda tħabbar il-qtil tal-mexxej tal-Hamas, Ismael Haniyeh, waqt żjara fl-Iran.
Madankollu, l-awtoritajiet tas-saħħa Palestinjani f’Gaza qal li waqt dan l-attakk inqatlu madwar 90 persuna, iżda Deif ma kienx fosthom.
Il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan Yoav Gallant stqarr li l-mewt ta’ Deif huwa sinifikanti fil-ġlieda tagħhom kontra l-Hamas. Intqal li din l-operazzjoni turi li l-Hamas qed jispiċċa u għandu jċedi.