Minn tal-inqas sitt Palestinjani nqatlu hekk kif il-militar Iżraeljan kompla jattakka fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar ta’ Gaza, matul il-ġurnata tal-Ħadd.
Residenti f’Gaza li tkellmu mal-midja qalu li l-militar Iżraeljan attakka u kisser djar ta’ nies ċivili, kif ilu jseħħ matul din il-gwerra li bdiet fis-7 ta’ Ottubru li għadda.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li pajjiżu hu determinat li jeħles mill-grupp Hamas minn Gaza. Qal kif ta’ kuljum qed jinqatlu numru ta’ terroristi minn dan il-grupp.