Minn tal-inqas 11-il Palestinjan inqatel fin-naħa ta’ fuq ta’ Gaza, f’operazzjoni li qed titqies bħala waħda mill-akbar operazzjonijiet militari mwettaq mill-militar Iżraeljan.
Qed jiġi rrappurtat kif hemm numru ta’ bliet u żoni li ġew attakkati fil-Palestina, fosthom Jenin, Tulkarm, Nablus u Tubas.
Fil-fatt kritiċi ta’ din il-gwerra qalu kif din it-tattika minn Iżrael rajniha fit-tieni intifada, il-perjodu meta rajna l-qawmien tal-Palestinjani kontra l-okkupanza bejn l-2000 u l-2005.
Il-Palestinjani qed jgħidu li għadd ta’ toroq prinċipali ngħalqu, u l-ġlied bl-armi żdied.
B’reazzjoni għal dan il-Gvern Iżraeljan qal li qed iwettaq operazzjoni ta’ kontro-attakk.