Matul il-jum tas-Sibt, messaġġ mill-kelliem Għarbi għall-armata Iżraeljana wissa lin-nies li qed jgħixu fin-naħa tat-Tramuntana ta’ Gaza, sezzjoni magħrufa bħala ‘D5’ sabiex jimxu lejn in-Nofsinhar ta’ Gaza.
Il-messaġġ, li hu l-aktar wieħed riċenti minn sensiela ta’ messaġġi, spjega kif l-armata Iżraeljana qed topera b’forza kbira kontra għaqdiet terroristiċi, u biħsieba li tibqa’ tagħmel dan għal żmien twil.
Il-messaġġ m’indikax li n-nies li se jevakwaw se jkunu qed jirritornaw lura lejn djarhom fi żmien qasir, iżda pjuttost li din kienet l-aħħar darba li raw id-dar tagħhom fit-Tramuntana ta’ Gaza.