Il-Militar fil-Myanmar qed jhedded lid-dimostranti ta’ kontrihom li jistgħu jaffaċċjaw sa 20 sena priġunerija jekk jibqgħu jipprotestaw kontra l-armata.
Id-dimostranti qed jiġu mhedda wkoll li jistgħu jaffaċċjaw multi jekk jibqgħu jipprotestaw il-kolp ta’ stat li tmexxa mill-militar stess.
Mijiet ta’ eluf ħarġu jipprotestaw fl-aħħar jiem biex tinħeles il-Mexxej Eletta Aung San Suu Kyi. Hi qed tinżamm arrestata f’darha.