Matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Islovakkja u Malta se jkunu qiegħdin jiddiskutu l-kwistjoni tal-migrazzjoni.
Għalhekk il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qasam l-ħsibijiet ma’ Igor Slobodník, Ambaxxatur għall-Migrazzjoni matul il-Presidenza Slovakka li jmiss.
Iż-żewġ naħat innotaw l-importanza ta’ aktar kollaborazzjoni bejn it-tliet membri għall-Presidenza: l-Olanda, Slovakkja u Malta.
Il-Ministru Abela u l-Ambaxxatur Slobodník saħqu li kien essenzjali għall-UE li tindirizza l-immigrazzjoni irregolari, mhux biss internament iżda wkoll esternament. Komplew jisqħu l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali biex jinstabu soluzzjonijiet dejjiema. Qablu li l-kwistjoni hi li l-aħjar approċċ olistiku jsir fuq livell tal-UE, aktar milli mill-pajjiżi individwali, b’mod partikolari dawk li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Carmelo Abela xtaq lill-Presidenza Slovakka kull suċċess. Huwa qal li Malta kienet ħerqana għal kollaborazzjoni eqreb bejn iż-żewġ pajjiżi ż-żgħar tal-UE, it-tnejn li jkollhom ir-rotazzjoni tal-Presidenza tal-UE għall-ewwel darba mindu saru membri stati fl-2004.
Ritratt: John Pisani MHAS