Il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-midja tiegħu, kompla jippersisti bil-gideb dwar it-tluq tal-Ambaxxata Amerikana minn Malta.
Dan hekk kif fil-gazzetta “Il-Mument” tal-Ħadd irrapportat li uffiċjal viċin tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta qal lill-gazzetta Nazzjonalista li hemm possibilità li din l-Ambaxxata tista’ tagħlaq.
Iżda mhi xejn għajr gidba mill-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista.
Dan hekk kif f’kitba fuq il-midja soċjali, l-Ambaxxata qalet li mhux se tagħlaq il-bibien tagħha.
F’din l-istess kitba, l-Ambaxxata Amerikana f’Malta appellat biex ma jitwemmnux l-allegazzjonijiet li bdew iduru.
L-Ambaxxata stqarret ukoll li se tkompli taħdem b’mod normali u bi kburija sabiex tibqa’ tirrappreżenta lill-poplu Amerikan, f’pajjiżna.
B’din l-allegazzjoni mxejna mill-Ambaxxata kienet u għadha qed tiġi imbuttata mill-Partit Nazzjonalista.
Fost l-oħrajn, il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija ffirmata mid-deputat Beppe Fenech Adami u s-Segretarju Internazzjonali u kandidat Nazzjonalista Beppe Galea, li esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom li l-Gvern Amerikan, skonthom kellu l-intenzjoni li jagħlaq l-Ambaxxata tiegħu f’Malta.
Dak miktub f’din l-istqarrija minn Fenech Adami u Galea, kien miktub ukoll fl-artiklu tal-Ħadd fuq “Il-Mument”.
Is-Sibt, fi stqarrija, il-Partit Laburista nnotat l-għaqal ta’ Gvern Laburista li waqax għan-nassa tal-għajdut u minflok irrikorra għall-allarmiżmu fuq il-midja soċjali, kif għamel ħaddieħor, kompla jsegwi l-politika internazzjonali b’saħħitha ta’ pajjiżna.
B’din hi bbażata fuq id-djalogu, ir-rispett u d-diplomazija, taħt it-tmexxija tad-Deputat Prim Ministru Ian Borg.
Il-Partit Laburista qal ukoll li huwa ta’ dispjaċir għal pajjiżna li għandna Oppożizzjoni li minflok taġixxi ta’ Gvern alternattiv b’serjetà, tibqa’ tieħu kull opportunità biex tattakka lil Malta u Għawdex.