Il-midja tal-Partit Nazzjonalista ngħaqdet mal-Għaqda Repubblika fl-attakk kontra l-Maġistrat Nadine Sant Lia.
Il-gazzetta tal-istamperija l-Mument, kompliet bl-istess retorika tal-fergħa estrema fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, fejn għax ma ħadux li riedu ħarġu jattakkaw lil membru tal-ġudikatura.
Kollox ġara dwar rikors li ressaq ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fil-Qorti kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, għax skont l-istess Nutar Aquilina dan ma ressaqx persuni li kienu jaħdmu fil-Bank Pilatus wara inkjesta marbuta ma’ ħasil ta’ flus.
Fis-sentenza, il-Maġistrat iddikjarat li kien hemm leakages illegali li jtappnu l-proċess tal-inkjesta, li l-Pulizija mxiet kif suppost mal-ordnijiet tal-Qorti Inkwirenti u l-Avukat Ġenerali u li Robert Aquilina bbaża ħafna mix-xhieda tiegħu fuq xniegħat u ma riedx isemmi nies li tawh informazzjoni b’mod illegali.
Għalhekk, il-Maġistrat ordnat investigazzjoni dwaru u, sigħat wara, Robert Aquilina kien quddiem id-Depot fil-Furjana, flimkien ma’ Jason Azzopardi, jattakka lill-Maġistrat u l-istituzzjonijiet, fosthom lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Kif kien irrapporta ONE NEWS, hu sejjaħ dak li għamlet il-Maġistrat Nadine Sant Lia bħala perverżjoni tal-ġustizzja, dan għax spjega kif hu ma jaqbilx ma’ dak li qalet il-Qorti f’dan il-każ.
Bl-aktar tin arroganti, Robert Aqulina, imbagħad kompla jgħid li l-Kummissarju jista’ jibgħat għalih kemm irid, iżda mhu se jgħaddielu l-ebda informazzjoni.
“Ibda minn dik l-ordni, imbagħad, meta jrid jibgħat għalija.”
ROBERT AQUILINA
Għall-fatt li l-Maġistrat talbet din l-invetigazzjoni kontra l-leakages li sar, il-gazzetta Nazzjonalista qalet li huwa xokkanti u inspjegabbli.
Ħaġa li tkompli turi kemm Bernard Grech u l-Parit Nazzjonalista qed jitmexxew minn din il-faxxa estremista, bil-perċimens ikunu Karol Aquilina u ħuh Robert u Jason Azzopardi. B’dan tal-aħħar ammetta fil-qorti li huwa giddieb.