Is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva fi stqarrija tinnota li għall-kuntrarju ta’ dak li ġie rrapurtat mill-midja Nazzjonalista, l-influwenza f’San Vinċenz De Paul hija l-istess bħal dik li ħakmet lill-kumplament tal-Ewropa.
Fl-istqarrija komplew billi stqarru li l-influwenza f’dawn iż-żminijiet tas-sena jkunu iktar numerużi iżda l-faċilità tipprovdi servizzi għall-kura tal-influwenza u għall-kontrol kontra tixrid tal-virus.
Fil-fatt, il-maġġoranza tar-residenti f’San Vinċenz ħadu t-tilqima u għalhekk ingħataw l-aktar protezzjoni effettiva biex tilqa’ għall-influwenza.