Għal darba oħra fi ftit jiem, il-midja Nazzjonalista reġgħet xandret gidba fuq il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Din id-darba tirrelata ma’ attentat ta’ suwiċidju li ma seħħx.
Fi stqarrija fuq Facebook, il-Kap Eżekuttiv tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin Chris Siegersma sostna li jinsab iddispjaċut għat-tfixkil li qed issir mill-midja Nazzjonalista għar-rijabilitazzjoni fil-ħabs.
Huwa tenna li mhux minnu li kien hemm attentat ta’ suwiċidju fil-ħabs u appella, li jekk mhux b’rispett lejn il-ħaddiema u l-professjonisti, il-midja għandha tirrispetta lill-priġunieri li qed jagħmlu ħilithom biex ma jibqgħux ittimbrati.