Il-midja Nazzjonalista reġgħet inqabdet tigdeb din id-darba fuq dik li sejħu bħala laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista li tħassret fl-aħħar ftit minuti iżda fil-verità dan ma kien minnu xejn għaliex il-Prim Ministru Robert Abela jinsab b’impenn fil-kapitali Ungeriża, Budapest fejn għandu Summit tal-Komunità Politika Ewropea u Summit Informali tal-Mexxejja Ewropej fil-Kunsill Ewropew.
Laqgħat li jkunu ilhom skedati skont kif joħroġ anki minn komunikat mill-Uffiċċju tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.
Dwar dan fuq il-midja soċjali, irreaġixxa d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba.
Huwa sostna li din il-fake news mill-midja ta’ Bernard Grech ġrat hekk kif il-Partit Nazzjonalista għandu inkwiet intern.
Id-Deputat Mexxej Laburista staqsa jekk “forsi pretendew in-Nazzjonalisti li l-Grupp Parlamentari Laburista jsir l-Ungerija wkoll?”
Għal din il-fake news mill-midja Nazzjonalista, irreaġixxiet ukoll il-Whip tal-Gvern, Naomi Cachia.
Hija spjega li għall-aħbarijiet foloz u bla bażi, tal-Partit Nazzjonalista ħadd ma jirbħilhom, hemm biss għandhom “il-beef”, b’referenza għad-dokument leaked mill-Partit Laburista tas-suppost Pre-Budget Document tal-Partit Nazzjonalista li baqa’ ma rax id-dawl hekk kif esperti ta’ Bernard Grech qalulu “needs more beef”.