Il-midja internazzjonali kompliet tirrapporta ż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna.
Hawnhekk il-midja barranija nnutat kif f’Malta, il-Papa Franġisku waqt ir-reċita tal-Anġelus talab sabiex tintemm il-gwerra fl-Ukrajna.
Dan ġie nnutat mis-sit internazzjonali CNN, fejn ġie rrappurat li waqt il-quddiesa tal-Ħadd, il-Papa sejjaħ l-Ukrajna bħala martri u sejjaħ ukoll il-gwerra bħala sagrileġġ.
Hawnhekk ġie rrappurtat ukoll kif il-Papa Franġisku qiegħed jikkunsidra li jmur żjara f’Kyiv, f’nofs il-gwerra.
Is-sit Vatican News ukoll irrapporta l-quddies fuq il-Fosos tal-Floriana, fejn il-Papa qal li qed jaħseb fuq it-traġedja umanitarja li qed iseħħ fl-Ukrajna.
Intqal kif fil-messaġġ tiegħu, Papa Franġisku rringrazzja lill-poplu Malti u ta kliem ta’ faraġġ liż-żgħażagħ.
Is-sit internazzjonali Associated Press qal kif il-Papa Franġisku talab sabiex ikun hemm il-waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna, fi tmiem iż-żjara ta’ jumejn f’Malta.
Is-sit Reuters irrapporta kif matul din iż-żjara f’pajjiżna tal-Papa Franġisku huwa evidenti saħħet il-Papa f’riġlejh.
Dan is-sit qal kif il-Papa qal kif il-pajjiżi għandhom juru solidarjetà mal-immigranti waqt il-quddiesa tal-Ħadd.
Is-sit Euronews irrapporta kif il-Papa Franġisku talab sabiex id-dinja tagħti iżjed għajnuna lill-immigranti.
Intqal kif matul din iż-żjara ta’ jumejn f’Malta, il-Papa appella lill-Ewropa sabiex turi s-solidarjetà lir-refuġjati sabiex juri l-istess eżempju li Malta uriet mal-Appostlu San Pawl.
Is-sit Vatican News irrapporta kif il-Papa Franġisku, li huwa Patri Ġiżwita, il-Ħadd filgħodu ltaqa’ mal-Ġiżwiti.
Hawnhekk intqal kif din tkompli mat-tradizjoni tal-Papa li waqt il-vjaġġi Appostoliku huwa jiltaqa’ mal-Ġiżwiti.