Skont rapporti fil-midja Amerikana, l-armata Amerikana wettqet operazzjoni kontra l-kap tal-grupp tal-Istat Iżlamiku, Abu Bakr al-Baghdadi.
Minkejja dan, għad ma hemm l-ebda konferma mill-Gvern Amerikan. Iżda, Il-White House qalet li l-Persident Amerikan, Donald Trump, se jkun qed jagħmel dikjarazzjoni waqt konferenza stampa aktar tard matul il-jum tal-Ħadd.
Intant fuq Twitter, il-President Amerikan kiteb li għadha kemm seħħet xi ħaġa kbira.
Diversi kmamar tal-aħbarijiet Amerikani kkwotaw Uffiċjali, fejn qalu li l-Militanti tal-Istati Uniti matul il-jum tas-Sibt wettqu attakk kontra l-kap tal-grupp tal-Istat Iżlamiku, Baghdadi fil-majjistral tas-Sirja.